BG-български език / CS-čeština / DA-dansk / DE-Deutsch / EL-ελληνικά / EN-English / ES-Español / ET-eesti / FI-suomi / FR-français / GA-Gaeilge / HR-hrvatski jezik / HU-magyar / IT-Italiano / LT-lietuvių kalba / LV-latviešu valoda / NL-Nederlands / PL-Polszczyzna / PT-Português / RO-Română / SL-Slovenščina / SK-Slovenčina / SV-Svenska
Dwar Valutazzjonijiet tal-Impatt tas-Sostenibbilità (VIS)
Il-VIS janalizzaw l-impatt potenzjali ekonomiku, soċjali, tad-drittijiet umani u ambjentali ta' ftehim ta' kummerċ li jiġi nnegozzjat mill-Unjoni Ewropea (UE). Huma bbażati fuq analiżi robusta tat-tibdiliet li aktarx ser jiġu kkawżati mill-ftehim ta' kummerċ fl-UE, il-pajjiż imsieħeb u pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ugwalment importanti, huma jinkludu firxa wiesgħa ta' konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati fl-UE u l-pajjiż imsieħeb. Il-VIS isiru indipendentement minn konsulenti esterni kkummissjonati mill-Kummissjoni Ewropea. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-VIS jikkontribwixxu għan-negozzjati, billi jgħinu lin-negozjaturi itejbu l-għażliet tal-politika relatati.
Dwar il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ċilè-UE
Fl-2003, iċ-Ċilè kien l-ewwel pajjiż tal-Amerika t'Isfel li kellu Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-UE. Minn dak iż-żmien, l-ekonomija globali inbidlet profondament, u għalhekk iċ-Ċilè u l-UE iddeċidew li jimmodernizzaw l-ftehim eżistenti. In-negozzjati dwar l-immodernizzar bdew f'Novembru 2017 u għadhom għaddejjin s'issa.
Dwar il-VIS UE-Ċilè
Il-VIS li jappoġġja l-immodernizzar tal-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilè eżistenti huwa implimentat minn BKP Development, aġenzija għar-riċerka ekonomika u għall-konsultazzjoni bbażata fil-Ġermanja, f'koperazzjoni ma' Vincular, iċ-Ċentru għar-Responsabbiltà Soċjali u l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Università Kattolika ta' Valparaíso fiċ-Ċilè. Ix-xogħol beda fl-aħħar ta' April 2018 u ser ikompli fuq medda ta' 14-il xahar. It-tim ser jipprepara tliet rapporti prinċipali. Ir-rapporti ser jiġu ppubblikati fuq dan is-sit f'Ġunju 2018 (rapport tal-bidu), Settembru 2018 (rapport interim) u Jannar 2019 (rapport finali) u ser jiġu diskussi mal-partijiet interessati qabel jiġu ffinalizzati.